• ID login
  • My Cases
  •  

Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija > Servizzi Edukattivi > Edukazzjoni Primarja u Sekondarja

Edukazzjoni Primarja u Sekondarja

  • Ammissjonijiet fl-Iskola tal-MVPA għas-sena 2026/2027

    Dħul ta’ studenti minn Malta u Għawdex li twieldu fl-2015 u li temmew is-sitt sena u li qed jistudjaw u li qed jippromettu f’ xi forma ta’ arti fost  Arti, Mużika, Drama, Media u Żfin. Għal aktar informazzjoni - 

    https://edukazzjoni.gov.mt/wp-content/uploads/2026/04/Xerox-Scan_13042026110212.pdf

  • Catch Up Classes - Xitwa u Sajf

    L-għan tal-Catch-Up Classes Programme - Sajf u Xitwa huwa li jgħin lill-istudenti li jeħtieġu ftit aktar għajnuna u reviżjoni fl-istudji tagħhom. Dan il-programm jagħti ukoll opportunità ta’ reviżjoni lil dawk li jixtiequ jirrevedu u jħossuhom aktar kunfidenti matul is-sena skolastika. Il-programm huwa maħsub għall-istudenti mill-1 sal-10 sena u huwa miftuħ għall-istudenti kollha ta’ Malta u Għawdex. 

     

    Il-Catch-Up Classes jipprovdu opportunità ta’ reviżjoni fis-suġġetti ewlenin li jkunu saru matul is-sena skolastika preċedenti. Dawn il-lezzjonijiet qed jiġu provduti u mgħallma minn għalliema kwalifikati lill-istudenti kollha fi gruppi żgħar kemm f’livell primarju kif ukoll f’dak sekondarju.

  • Dħul fi Skejjel tal-Istat f'Malta

    Reġistrazzjoni tal-istudenti ġodda fl-iskejjel tal-gvern. 

  • Formola ta' Reġistrazzjoni għal l-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi

    L-iskola sekondarja Ogħla Giovanni Curmi hija waħda mis-6th forms ewlenin f’Malta. L-iskola toffri tagħlim post-sekondarji lil studenti li jkunu spiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja u li jkunu jixtiequ jibqgħu mexjin fil-vjaġġ edukattiv tagħhom sabiex jistudjaw suġġetti fil-livell Avvanzat u Intermedju. Barra minn hekk noffru ukoll il-kors tal-Gem16+ lil dawk li ma jkunu ġabu biżżejjed kwalifiċi fil-livell 3 bi programm speċjaliżżat

  • Irtirar tal-Liċenzja ta' Istituzzjoni Edukattiva

    Irtirar ta' liċenzja (b'mod temporanju jew permanenti) ta' Istituzzjoni Edukattiva.
  • Irtirar tal-Liċenzja ta’ Skola, Istituzzjoni Edukattiva jew Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal.

    Irtirar Temporanju jew Permanenti tal-Liċenzja għal dawk l-Iskejjel, Istituzzjonijiet Edukattivi jew Ċentri għall-Ħarsien tat-Tfal li jikkonmfermaw.

  • Klabb 3-16 After School Service

    Klabb 3-16 huwa servizz ta' kura wara l-ħin tal-iskola, għal tfal ta' bejn it-3 snin u s-16-il sena, li jattendu skejjel tal-Istat, tal-Knisja jew Indipendenti. Bħalissa is-servizz jingħata fi 39 lokalità u wieħed jista’ jagħżel l-iktar ċentru konvenjenti. Is-servizz huwa offrut mill-iskejjel primarji tal-istat,  mit-Tnejn sal-Ġimgħa matul is-sena skolastika. Il-ħin tas-servizz matul il-ġranet skolastiċi huma minn x’ħin tispiċċa l-iskola, sas-18.00. Is-sigħat użati jistgħu jiġu adattati għall-bżonnijiet tal-klijent, filwaqt li tiġi rispettata l-iskeda uffiċjali ta’ x’ħin wieħed jista’ jiġbor lit-tfal, kif maħruġa miċ-ċentru. Is-servizz jopera wkoll ġurnata sħiħa bejn is-07:00 u s-17:30 waqt il-vaganzi tal-iskola, skont id-domanda.

  • Klassijiet ta’ Reviżjoni b’Xejn

    Dawn il-Klassijiet ta’ Reviżjoni tas-SEC huma organizzati għaż-żgħażagħ bejn l-etajiet ta’ 15 u 29 

    sena li se jagħmlu l-eżamijiet ta’ resit tas-SEC f’Settembru 2026 (Livell Ordinarju) fis-suġġetti li ġejjin: 

    il-Bijoloġija, il-Fiżika, il-Matematika, il-Malti u l-Ingliż.

    L-istudenti jistgħu jagħżlu sa 3 suġġetti (li tinkludi għażla ta’ suġġett wieħed tax-xjenza) jekk ġabu l-marka 6 jew inqas f’iżjed minn suġġett wieħed.

  • Reviżjoni tal-Liċenzja ta’ Skola, Istituzzjoni Edukattiva jew Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal.

    Reviżjoni tal-Liċenzja għal dawk l-Iskejjel, Istituzzjonijiet Edukattivi jew Ċentri għall-Ħarsien tat-Tfal li ser jagħmlu tibdil fil-kundizzjoni/jiet tal-liċenzja

  • Servizz ta' Breakfast Club mingħajr Ħlas fi Skejjel Primarji tal-Istat

    Applikazzjoni onlajn għar-reġistrazzjoni tal-istudenti biex jagħmlu użu mis-Servizz tal-Breakfast Club mogħti fl-Iskejjel Primarji tal-Istat kollha matul is-Sena skolastika.
  • 1
  • 2
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026