Avviż​

 Content Editor ‭[1]‬

   
Mistoqsijiet Komuni


1. Xi rrid nieħu miegħi meta nżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov?

Biex tagħmel talba għal servizz dejjem ikollok bżonn il-Karta tal-Identità tiegħek. Huwa importanti li ġġib kull dokumentazzjoni relatata mal-każ tiegħek biex tiffaċilita aktar il-proċess. L-aġent ta’ servizz.gov jiggwidak rigward dokumentazzjoni jew informazzjoni oħra li jkollok bżonn għall-każ tiegħek. 

Jekk diġà ressaqt il-każ tiegħek f’wieħed miċ-ċentri u issa mort f’ċentru ieħor, huwa importanti li tagħti l-istess numru tal-każ tiegħek li kien tak l-ewwel aġent, biex dan ikollu l-aħħar informazzjoni fuq il-każ tiegħek malajr kemm jista’ jkun.

2. Hemm xi servizzi li ma nistax nirċievi minn servizz.gov?

Hemm numru ta’ servizzi, bħall-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, liċenzji u VAT u rifużjonijiet tat-taxxa, li ma jistgħux jiġu pprovduti minn servizz.gov. Madankollu, inti jkollok l-għażla li tiġi ggwidat u tingħata għajnuna meta jkollok xi mistoqsijiet fuq servizzi bħal dawn billi żżur servizz.gov jew iċċempel 153 u titlob l-assistenza.
 

3. Xi jsir mit-talba jew mistoqsija tiegħi?

F’każ ta’ talba għal informazzjoni, l-aġent jagħmel dak kollu possibbli biex jagħtik risposta. Dan isir billi jaċċessa l-informazzjoni fuq is-servizzi tal-Gvern online. Jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-aġent jiftaħ każ. 

Il-mument li l-aġent jiftaħ każ ġdid, inti tingħata numru apposta għalik. Tingħata wkoll ittra ta’ konferma tal-każ bin-numru tal-każ tiegħek u informazzjoni dwar kif tista’ tagħmel kuntatt ma’ servizz.gov. 

Wara li l-każ ikun sottomess lid-dipartiment jew entità tal-Gvern, uffiċjali minn dik l-organizzazzjoni jistgħu jikkuntattjawk dwar il-każ tiegħek. Dan isir f’każ li jkun hemm bżonn li tiġi ċċarata xi informazzjoni li tkun ingħatat jew biex terġa’ tissottometti dokumentazzjoni.

4. Min jiddeċiedi dwar il-każ tiegħi?

Ikun id-dipartiment jew l-entità tal-Gvern responsabbli li jieħu ħsieb l-ipproċessar tal-każ tiegħek skont il-kriterji u l-metodi applikabbli fiż-żmien tal-ipproċessar.  

5. Meta jkolli risposta u min jikkuntattjani?

Kull servizz għandu ż-żmien stipulat tiegħu biex tittieħed deċiżjoni dwaru. L-aġent jinfurmak meta għandu jkollok risposta. 

Dan it-tul ta’ żmien ikun skont is-sitwazzjonijiet kif ġej:

  • Talba għal informazzjoni dwar servizzi tal-Gvern. Iż-żmien stipulat jiddependi fuq l-informazzjoni li tkun intalbet.
    • Jekk l-informazzjoni tkun disponibbli online, ir-risposta tista’ tingħata mill-aġent fi ftit minuti biss.
    • Jekk it-talba ma tkunx spjegata ċar jista’ jingħata żmien ta’ tlett (3) ijiem għal risposta mill-aġent jew inkella mid-dipartiment ikkonċernat.
  • Biex tiftaħ applikazzjoni jew talba għal servizz ġdid, iż-żmien stipulat jiddependi mis-servizz li tkun trid.
  • Biex tagħmel appuntament ma’ persuna f’dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern, iż-żmien stipulat huwa tlett (3) ijiem, bl-appuntament ikun mogħti mid-dipartiment ikkonċernat.
  • Biex tagħmel rapport dwar problemi, titlob għal azzjoni korrettiva jew tressaq ilmenti, il-massimu ta’ żmien biex il-problema tissolva huwa 12-il ġurnata. Termini oħra ta’ żmien jistgħu jiddependu fuq il-problema li qed tiġi rrappurtata.
  • Meta tagħti suġġeriment dwar is-servizz tal-Gvern, dan jiġi pproċessat mid-dipartiment ikkonċernat filwaqt li inti tiġi kkuntattjat f’każ ta’ kjarifiki.


6. X’nista’ nagħmel jekk ma jkollix risposta fiż-żmien stipulat?

Tista’ żżur wiehed miċ-ċentri ta’ servizz.gov, tibgħat email fuq servizz@gov.mt jew iċċempel in-numru 153.