Ħarsa ġenerali​

Klabb 3-16 huwa servizz ta' wara l-iskola għat-tfal ta' bejn it-3 u s-16-il sena, li jattendu skejjel tal-istat, tal-Knisja jew indipendenti. Bħalissa qed jitmexxa fi 30 lokalità u wieħed jista' jagħżel iċ-ċentru l-aktar konvenjenti. Is-servizz jingħata mit-Tnejn sal-Ġimgħa matul is-sena skolastika wara li tispiċċa l-iskola, sas-6.00 p.m. B'danakollu s-sigħat jistgħu jkunu stabbiliti skont il-bżonnijiet tal-individwu. Is-servizz jingħata wkoll matul il-vaganzi tal-iskola, skont id-domanda.

X’se tingħata

Tfal li jattendu Klabb 3-16 igawdu minn programm ippjanat ta' attivitajiet fejn it-tfal jagħmlu l-homework u jieħdu sehem f'attivitajiet edukattivi ta' divertiment. Is-servizz jingħata minn tim ta' staff professjonali, li jassigura programm ta' kwalità.

Eliġibbiltà​​

Matul il-ġranet tal-iskola, is-servizz ikun disponibbli għat-tfal kollha li għandhom bejn 3 u 16-il sena li jmorru fi skejjel tal-Istat, tal-Knisja jew Indipendenti. Matul il-vaganzi tal-iskola, is-servizz ikun disponibbli għat-tfal ta' ġenituri li jaħdmu li jistgħu jagħtu prova li huma impjegati.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Biex tara l-lista taċ-Ċentri Klabb 3-16, agħfas hawn Dokumenti meħtieġa:
i) Kopja tal-Karta tal-Identità tal-ġenitur/i u/jew tutur/i.
ii) Kopja tal-Karta tal-Identità tal-persuna/i awtorizzati biex jiġbru lit-tifel/tifla/tfal.
iii) Statementing board report (jekk applikabli)
iv) Psychological report (jekk applikabli)
v) IEP report (jekk applikabli)
vi) Dokumenti tal-kustodja (jekk applikabli)
vii) Ħlas irid isir kif inhu spjegat fil-formula tar-reġistrazzjoni
applika