Avviż​

 Content Editor

​​​​​​​​​​​​​​​​​Dwarna

​​

Servizz.gov hija l-aġenzija tal-Gvern li tiġbor is-servizzi governattivi kollha fi ħdanha. Hija l-katina li torbot is-Servizz Pubbliku ta’ Malta maċ-ċittadin, bil-għan li s-servizzi governattivi jkunu iktar aċċessibbli.

Permezz ta’ servizz.gov iċ-ċittadin jiffranka l-ħin u l-iskariġġ li jmur f’postijiet ċentrali bħall-Belt Valletta biex jinqeda.​

​L-ewwel ċentri reġjonali twaqqfu f’Raħal Ġdid, Birkirkara u l-Qawra. Minn dawn il-lokalitajiet, flimkien ma’ żewġ ċentri oħra fil-Birgu u Ħal Qormi li nfetħu fl-2016, individwu jingħata servizz aktar qrib tiegħu.

 

X’joffri servizz.gov?

•         Talba għal informazzjoni dwar servizz governattiv

•         Talba għal applikazzjoni jew servizz

•         Talba għal appuntament ma’ dipartiment jew entità tal-Gvern

•         Sottomissjoni ta’ lmenti​

•         Għoti ta’ suġġerimenti dwar servizzi tal-Gvern

 

Min jista’ juża servizz.gov?

Kulħadd jista’ juża servizz.gov. servizz.gov huwa utli għal kull min għandu bżonn assistenza; kemm permezz ta’ komunikazzjoni wiċċ imb wiċċ, fuq it-telefon, l-Internet jew permezz ta’ maltapps.​​