Avviż​

 Content Editor

​​​​​​​​​​​​​​​​​The Quality Award

servizz.gov kiseb il-Quality Award.

Il-Quality Award hija marka taˈ kwalità li jistaˈ jikseb kull dipartiment jew entità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika, meta l-kwalità tas-servizz li jagħti lill-klijenti tilħaq il-livell taˈ servizz kif definit permezz tal-4 Pilastri tas-Servizz taˈ Kwalità (vuċi li tipprovdi smigħ lill-klijent u l-aspettattivi tiegħu, disinn li jitfassal fuq livelli taˈ kwalità fil-kuntest taˈ dawn l-aspettattivi, pakkett ibbażat fuq l-għotja taˈ servizz taˈ eċċellenza u kontabilità fejn kull min jagħti servizz jidħol responsabbli għas-sodisfazzjon tal-klijent), l-10 Kriterji taˈ Servizz taˈ Kwalità (Aċċess, Komunikazzjoni, Kompetenza, Korteżija, Kredibilità, Affidabilità, Tweġib Effettiv, Sigurtà, Aspetti Tanġibbli u Nifhmu/Insiru Nafu l-Klijent), Direttiva 4-1 u kull direttiva jew politika li tistabbilixxi livelli ġodda taˈ servizz taˈ kwalità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika.

Iċ-Charter taˈ Servizz taˈ Kwalità taˈ servizz.gov jistaˈ jitniżżel minn hawnhekk. 

Bil-kisba tal-Quality Award, servizz.gov huwa kommess li jwettaq monitoraġġ kontinwu tal-livelli miksuba bil-għan taż-żamma tal-Quality Award.

Għall-aktar informazzjoni fuq il-Quality Award tista’ tidħol fuq:

https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/TheQUALITYAWARD.aspx .