L-iskema RES, hija amminstrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, bilħsieb li tinkoraġġixxi iktar l-użu aħjar ta’ enerġija rinnovabbli, iġġenerata fil-pajjiż. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi), għal użu ta’ tagħmir fil-propjretà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika, sakemm l-installazzjoni fotovoltajika, m’għandu jkollha l-ebda allokazzjoni attiva ta’ feed-in tariff. Jekk issistema fotovoltajika installata jkollha allokata feed-in tariff, il-perjodu ta’ garanzija għandu jkun skadut.
Din l-iskema tnehdiet permezz tal-Avviż tal-Gvern numru xx tas-sena 2026.
Applikanti prospettivi huma mistiedna jikkonsultaw il-Linji Gwida għall-Applikanti, li tħejjew sabiex jgħinu lill-applikanti biex jimlew il-formola tal-applikazzjoni għal għotja ta’ Sistema RES.
Il-formola tal-applikazzjoni hija maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A għandha tiġi mimlija u sottomessa lil REWS, qabel ma jinxtara u jiġi installat it-tagħmir. Lapplikazzjoni tal-Parti B imbagħad trid tiġi sottomessa wara l-installazzjoni u x-xiri tattagħmir iżda sal-iskadenza ndikata fl-Ittra tal-Offerta tal-Għotja maħruġa wara lapprovazzjoni tal-Parti A.