Il-Kampanja Islands Cleanup amministrata mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika (MEEC) tilqa’ kumpaniji privati, skejjel, NGOs, gruppi komunitarji u organizzazzjoniet oħra, kif ukoll individwi li jixtiequ jorganizzaw tindif fuq bajjiet jew widien.
Min jipparteċipa jingħata t-tagħmir meħtieġ, inkluż ingwanti, boroż, assistenza fil-ġarr tal-iskart miġbur, u struzzjonijiet ta’ sigurtà biex jiġi żgurat proċess ta’ tindif sigur u effiċjenti.
L-għan hu li nipproteġu l-widien, ix-xtut u ż-żoni marittimi madwar Malta billi nnaqqsu l-iskart u t-tniġġis, kif ukoll titqajjem aktar kuxjenza dwar il-protezzjoni ambjentali.