Individwi jew kumpaniji li jixtiequ jitrasferixxu skart perikoluż, jew skart ieħor li huwa meqjus neċessarju li jkun kopert b'din l-istess proċedura f'Malta, jeħtieġu permess mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), qabel ma jibdew l-proċess ta' trasferiment.
Suġġett għall-approvazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-Awtorità, il-kumpanija jew l-individwu jingħata permess għat-trasferiment tal-iskart. Dan ikun suġġett għal notifikazzjoni għal kull darba li jsir it-trasferiment permezz tal-użu tas-sistema ta' Nota ta' Konsenja.
Individwi jew kumpaniji lokali u barranin.
Imla l-formola diġitali billi tagħżel l-attivita 1.1 u ssottometti.
Qabel tissottometti, inti ġentilment mitlub taċċerta li hemiżt id-dokumentazzjoni kollha rikjesta u li d-dikjarazzjoni ffirmata mill applikant (l-individwu jew ir-rappreżentant legali tal-kumpanija).