• ID login
  • My Cases
  •  

Oħrajn


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Oħrajn > Affarijiet Reġjonali > Għawdex

Għawdex

  • Għajnuna Finanzjarja lill-Pazjenti li Jridu Jivvjaġġaw Bejn iż-Żewġ Gżejjer

    ll-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, f'konformità mad-Dokument tal-Baġit 2019, ser jissussidja l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-pazjenti meta jaqsmu bejn il-gżejjer Maltin għal trattament tal-kanċer, dijalisi tal-kliewi, jew għall-interventi kirurġiċi fl-isptarijiet statali. Ser tingħata wkoll għajnuna għall-ispejjeż tal-akkomokazzjoni.

  • Għotja li titħallas lil Studenti Residenti f'Għawdex li jkunu qed jieħdu Korsijiet f'Malta

    Studenti residenti f’Għawdex li qed isegwu korsijiet full-time f’Malta jistgħu japplikaw għal sussidju tal-Gvern. Kull student ikun meħtieġ jimla formola u jissottometti d-dokumenti meħtieġa fil-bidu ta’ kull sena akkademika.

  • Għotja li Titħallas lil Studenti Residenti f'Malta li jkunu qed jieħdu Korsijiet Full-Time f'Għawdex

    Studenti residenti f'Malta li qed jieħdu korsijiet full-time f'Għawdex jistgħu japplikaw għal sussidju tal-Gvern. Is-sussidju ta' €500 kull tliet xhur jingħata matul is-sena akkademika, i.e. minn Ottubru sa Ġunju, u jkopri perjodi ta' tliet xhur (Ottubru sa Diċembru; Jannar sa Marzu; u April sa Ġunju). Kull student ikun meħtieġ li jimla formola fil-bidu ta' kull sena akkademika.

  • Gozo Channel - Pass tal-Familja

    Ir-residenti Maltin li għandhom qraba fil-qrib li jgħixu Għawdex huma attwalment intitolati għal ‘Pass tal-Familja’. B’dan il-pass kull persuna applikabbli jkun intitolat għal prezz speċjali li jkun bħal dak ta’ persuna reżidenti f’Għawdex (Resident Għawdxi - €8.15 għal biljett ta’ xufier u karozza u €1.15 għal passiġġier). Addizzjonalment il-miżata annwali għal dan il-pass hija ta’ €11.65 għal pass li jkopri xufier u karozza u €4.65 għal pass li jkopri passiġġier, fejn din il-miżata trid titħallas kull sena biex tiġġedded il-‘Pass tal-Familja’.

    Il-‘Pass tal-Familja’ ikun applikabbli biss għall-ulied ta’ Għawdxin residenti Malta u għalhekk japplika biss għal persuni li għandhom nanniet, ġenituri u aħwa li twieldu u jgħixu f’Għawdex. Dan iżda ma japplikax għal konjuġi, tfal, zijiet, kunjat/a jew aħwa ta’ rispett. ‘Pass’ wieħed biss (li jkun validu għal persuna waħda) ikun maħruġ għal kull dar, għalhekk il-konjuġi u t-tfal ma jibbenefikawx sakemm il-qarib dirett tagħhom, li jkun jgħix Malta, ikun għadu ħaj. F’każ fejn il-qarib dirett li jkun jgħix Malta jmut, il-familja għadha tiddeċiedi min se jkun l-eredi tal-‘Pass’ (il-konjuġi jew it-tfal li jgħixu f’dik id-dar partikolari).

    Dan il-benefiċċju ma japplikax għal persuni li għandhom il-konjuġi, nanniet, ġenituri tat-tfal u aħwa li normalment jgħixu Malta iżda għandhom il-karta tal-identità fuq ir-residenza tas-sajf f’Għawdex.

    Għaldaqstant, oltre minn dak imsemmi hawn fuq, il-prattiċċi attwali li ġew addottati mill-Kumpanija b’mod konsistenti għal dawn l-aħħar diċenji, huma li l-‘Pass tal-Familja’ jiġu wkoll maħruġa fiċ-ċirkostanzi mmsemmija:
    a. Il-‘Pass tal-Familja’ jinħareġ lill-membri kollha tal-istess dar li jkunu applikaw għal ‘Pass tal-Familja’. Għalhekk il-‘Pass tal-Familja’ ikun maħruġ lill-membri kollha tal-familja applikabbli.
    b. L-applikazzjonijiet li jkunu approvati mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar f’ċirkostanzi eċċezzjonali meta ġenituri li jkunu separati u jkollhom it-tfal jgħixu Għawdex. F’dan il-każ il-‘Pass tal-Familja’ jiġi mogħti mill-Ministeru lil ġenitur li jkun jgħix Malta.

  • Insaħħu t-Turiżmu: Inwieżnu l-Aċċessibiltà fis-Settur Turistiku

    Din l-iskema se tgħin lukandi u guesthouses li jinsabu f’Għawdex biex jagħmlu interventi biex itejbu l-aċċessibiltà ta’ dawn l-istabbilimenti. L-inizjattivi li għandhom jittieħdu għandhom itejbu l-aċċessibiltà għall-persuni b’diżabilta fis-settur tal-akkomodazzjoni.
  • Kalendarju Onlajn u Pjattaforma ta' Prenotazzjoni għal Spazji Pubbliċi (f'Għawdex)

    Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jistieden lill-artisiti/organizzaturi/organizzazzjonijiet/NGOs li jixtiequ jorganizzaw xi attività jew avveniment fi spazji pubbliċi, biex jesprimu l-interess tagħhom u jippreżentaw proposta fil-qosor. Il-proposti jridu jiġu approvati mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Dawn se jiġu allokati fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel wara li tiġi kkunsidrata l-proposta b'mod xieraq.

  • Konservazzjoni ta' Pjanti Selvaġġi: Eradikazzjoni ta' Speċi Invażiva Peniżetum

    Eko-Għawdex, permezz tal-botanista tagħhom, qed joffru servizz b’xejn biex il-pubbliku jkun jista’ jgħin f’proġett għal-ħarsien tal-flora ta’ Malta u Għawdex.

    L-Unjoni Ewropea qed tobbliga lil Malta biex titneħħa pjanta aljena u invasiva li qed tagħmel ħsara lil pjanti indiġeni Maltin. Din il-pjanta hija magħrufa bl-isem ta’ rixa twila jew peniżetum (bl-ingliż: fountain grass jew bl-isem xjentifiku: Pennistetum setaceum). Din il-pjanta qed tinfirex b’ħeffa kbira ma’ Malta u Għawdex u qed tieħu post pjanti Maltin.

    Il-pubbliku qed jiġi mitlub biex kull meta jiltaqa’ ma’ din il-pjanta kemm fis-selvaġġ u kemm fl-urban (toroq, pjazzez, ġnub tal-egħlieqi, mogħdijiet, art mitluqa, eċċ), permezz tal-mobile app myGozo, jirraporta l-post ta’ fejn ikun hemm din il-pjanta sabiex id-dipartiment konċernat ikun jista’ jneħħi dawn il-pjanti b’mod immedjat u b’hekk jiġu salvagwardjati l-pjanti Maltin.

  • Kura għall-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Speċjali

    Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jipprovdi numru ta' servizzi għall-anzjani. Din l-applikazzjoni tinkorpora s-servizzi maġġuri offruti mill-Ministeru. Dawn jinkludu:

    • Be Active - Għawdex (Irriżerva Fitness Class)
    • Home Help Service (Rapport Mediku Meħtieġ)
    • Meals on Wheels Application (Rapport Mediku Meħtieġ)
    • Fiżjoterapista
    • Occupational Therapy
    • Dħul f’Dar tal-Anzjani - Għawdex (Rapport Mediku Meħtieġ)
    • Incontinence Service (Rapport Mediku Meħtieġ)
    • Telecare
    • Rebate tal-Kera tat-Telefown
    • Active Ageing Centres
    • Servizz ta' Handyman
    •Hairdresser
    • Ċentru ta' Matul il-Jum Għajnsielem
    • Università tat-Tielet Età
    • Social Work

  • Organizza Avveniment ta' Tindif (f'Għawdex)

    Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed jistieden lill-pubbliku ġenerali u/jew organizzazzjonijiet volontarji biex jorganizzaw avvenimenti ta` tindif madwar Għawdex. Il-Ministeru ser jappoġġja avvenimenti bħal dawn billi jipprovdi materjali u appoġġ ieħor li jista' jkun meħtieġ.

  • Reġistrazzjoni għal-Ħażna tal-Kaxxi tal-Pitkalija (f’Għawdex)

    Il-bdiewa Għawdxin li huma rreġistrati mal-Front Office Rural Gozo (ex FOPA/IACS) huma intitolati li jaħżnu l-kaxxi tal-pitkalija tagħhom fi ħdan l-imsemmi bini.
  • 1
  • 2
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026