• ID login
  • My Cases
  •  

Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali > Solidarjetà Soċjali > Għaqdiet Mhux Governattivi u Volontarji

Għaqdiet Mhux Governattivi u Volontarji

  • Ċentru għal Organizzazzjonijiet Volontarji

    Iċ-Ċentru tal-Volontarjat iservi primarjament biex jippromovi u jiżviluppa l-idea li persuna tagħmel volontarjat fil-komunità u kif ukoll biex jappoġġa organizzazzjonijiet żgħar u medji fil-ħidma tagħhom. B'mod ġenerali, das-servizz jagħti sapport f’4 oqsma prinċipali: il-promozzjoni tal-volontarjat, capacity building għal volontarjat lokali aktar effettiv, jipprovdi sens ta' tmexxija fuq kwistjonijiet relatati mal-volontarjat, jagħti appoġġ għal networking bejn Organizzazzjonijiet Volontarji (OV) u jgħaqqad lin-nies, u jservi bħala bażi li fuqha għaqdiet żgħar u medji jistgħu joperaw.

     

    Iċ-ċentri huma responsabilità tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, u apparti li fihom hemm l-uffiċju tal-MCVS, iċ-Ċentru tal-Volontarjat għandu l-iskop li jagħti sapport lill-Organizzazzjonijiet Volontarji (OV). Dan isir billi jipprovdi kemm spazju u kif ukoll faċilitajiet li minnhom jistgħu joperaw dawn l-għaqdiet. Bħalissa hemm 3 Ċentri tal-Volontarjat, wieħed fiċ-ċentru tal-Malta (fil-Belt Valletta), wieħed fit-tramuntana (ir-Rabat) u l-ieħor fix-Xewkija Għawdex.

  • Formularju għall-Prospetti Annwali u Kontijiet Annwali (Oganizzazzjoni Volontarji)

    L-Oganizzazzjoni Volontarji għandom l-obligu skont il-ligi li kull sena jissottomettu l-prospetti u l-kontijiet annwali tagħhom billi jimlew il-formularju hekk kif mitlub mil-liġi (Legislazzjoni Sussidjarja 492.01).
  • Kalendarju ta' Avvenimenti għal Organizzazzjonijiet Volontarji

    Kalendarju bl-avvenimenti huwa pprovdut biex jippromovi avvenimenti u attivitajiet organizzati minn Organizzazzjonijiet Volontarji (OV).
  • L-Iskema t'Appoġġ għal-Inizjattivi żgħar "SIS" 2024

    Għotja ta’ bejn €1,000 u €4,000.

  • Programm ta' Taħriġ għal Organizzazzjonijiet Volontarji

    Il-programm tal-Iskema għat-Taħriġ għal Inizjattivi (TIS) jgħin lil voluntiera biex itejbu l-ħiliet tagħhom biex jidħlu għal xogħol volontarju b'mod profiċjenti, etiku u effiċjenti li jistabbilixi l-kompetenza bażika li l-voluntiera kollha huma mistennija li jiksbu, jgħolli l-livell ta' professjonalità fis-servizzi u fl-inizjattivi implimentati mill-organizzazzjonijiet volontarji (OV) ġewwa l-komunità, waqt li jqajjem kuxjenza dwar l-OV, ix-xogħol volontarju tagħhom u s-settur volontarju b'mod ġenerali.

  • Programm ta' Taħriġ għal Voluntieri

    Il-programm tal-Iskema għat-Taħriġ għal Inizjattivi (TIS) jgħin lil voluntiera biex itejbu l-ħiliet tagħhom biex jidħlu għal xogħol volontarju b'mod profiċjenti, etiku u effiċjenti li jistabbilixi l-kompetenza bażika li l-voluntiera kollha huma mistennija li jiksbu, jgħolli l-livell ta' professjonalità fis-servizzi u fl-inizjattivi implimentati mill-organizzazzjonijiet volontarji (OV) ġewwa l-komunità, waqt li jqajjem kuxjenza dwar l-OV, ix-xogħol volontarju tagħhom u s-settur volontarju b'mod ġenerali.

  • Skema għal-Proġetti għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (VOPS)

    L-iskema tal-proġetti tal-Organizzazzjonijiet Volontarji hija inizjattiva li tappoġġja proġetti li jaqgħu taħt dawn l-oġġettivi li ġejjin: 
    • Li tistimula l-kooperazzjoni u n-networking bejn l-organizzazzjonijiet volontarji. 
    • Li tipprovdi forum konsultattiv li jistgħu jindirizzaw b'mod effettiv kwistonijiet li huma relatati mas-Settur Volontarju.
    • Li tipprovdi pjattaforma li tgħin biex tiżviluppa l-koperazzjoni bejn l-Organizzazzjonijiet Volontarji u l-Gvern. 
    • Li tippromwovi u tinkoraġġixx il-kultura tal-volontarjat u l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' volontarjat. 
    • Li titrawwem il-kooperazzjoni fis-settur volontarju.
    • L-iskadenza tas-Sejħa għall-Applikazzjonijiet hija l-Erbgħa, 16 ta’ Ottubru 2024 f’nofsinhar.

  • Skema ta' Xogħol Volontarju għaż-Żgħażagħ

    Esperjenza żgħażagħ. L-iskopijiet speċifiċi tal-iskema huma li:
    i) Tippromovi l-parteċipazzjoni fil-komunità bħala ċittadin attiv.
    ii) Ittejjeb il-livell ta' kompetenzi u kapaċitajiet prinċipali fiż-żgħażagħ magħduda dawk b'anqas opportunitajiet.
    iii) Tippromovi titjib fil-kwalità tax-xogħol volontarju taż-żgħażagħ.
    iv) Tippromovi dimensjoni interkulturali b'atteġġament mhux formali.
  • Skema ta' Xogħol Volontarju għaż-Żgħażagħ - Barra minn Malta

    Esperjenza ta' volontarjat għaż-żgħażagħ. L-għanijiet li trid tilħaq l-iskema huma li:
    i) Tippromovi l-parteċipazzjoni fil-komunità bħala ċittadin attiv.
    ii) Tgħolli l-livell ta' kompetenzi u ħiliet prinċipali taż-żgħażagħ, inklużi dawk b'anqas opportunitajiet.
    iii) Tippromovi titjib fil-kwalità tax-xogħol volontarju taż-żgħażagħ.
    iv) Tippromovi dimensjoni interkulturali b'attitudni informali.
  • The Meeting Place

    Il-Meeting Place jipprovdi faċilitajiet moderni għal Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs) irreġistrati mal-Kummissarju għas-Servizzi Volontarji fejn  joffri appoġġ lil NGOs li jaħdmu speċifikament fis-setturi tal-edukazzjoni, tas-saħħa u soċjali billi jipprovdi spazju biex jospitaw:

    • Laqgħat,

    • Laqgħat Ġenerali Annwali (AGMs),

    • Konferenzi,

    • Sessjonijiet ta’ taħriġ,

    • Seminars.

  • 1
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026