• ID login
  • My Cases
  •  

Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija > Servizzi Edukattivi > Servizz ta’ Sapport Edukattiv

Servizz ta’ Sapport Edukattiv

  • Warrant Temporanju għall-Għalliema fl-Iskejjel tal-Istat

    Għalliema li jgħallmu fl-edukazzjoni obbligatorja huma mitluba mill-Liġi biex ikollhom tal-anqas warrant temporanju.
  • Anti-Bullying Service

    Dan is-servizz joffri sapport lill-istaff tal-iskejjel biex jieħdu l-azzjonijiet neċessarji kontra mġieba ta’ bbuljar, jitfasslu programmi ta’ prevenzjoni sabiex jiġi żgurat ambjent sikur li jgħin fit-tagħlim u l-kuntentizza tal-istudent. Permezz ta’ dawn il-programmi titqajjem kuxjenza, u jingħata għarfien lill-partijiet involuti dwar prattiki restorattivi. Is-sapport huwa estiż għall-istudenti, il-ġenituri u l-istaff.  
  • Applikazzjoni għall-Iskema tal-Komunità u l-Innovazzjoni

    L-għan ta’ din l-iskema huwa li tappoġġa finanzjarjament lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u lill-organizzazzjonijiet Volontarji (VOs) biex iwettqu proġetti relatati mal-innovazzjoni fil-komunitajiet (b’ enfasi fuq ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-inġinerija u l-Matematika). Proposti li jużaw approċċ li juża x-Xjenza, it-Teknoloġija, l-inġinerija, l-Arti u l-Matematika bħala punti ta’ aċċess biex jiggwidaw l-inkjesta Komunitarja, id-djalogu u l-ħsieb kritiku huma eliġibbli wkoll.
  • Gost il-Qari

    Gost il-Qari/The Pleasure of Reading huwa programm ta’ qari ta’ stejjer lil tfal bejn 7 u 11-il sena flimkien mal-ġenituri/kustodji tagħhom. Is-sessjonijiet huma ta’ siegħa fil-ġimgħa u jsiru kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Dawn is-sessjonijiet isiru kemm fl-iskejjel primarji kif ukoll fil-komunità.
    Dan il-programm tfassal bil-għan li jsiru sessjonijiet divertenti ta’ qari, irrakkontar ta’ stejjer u attivitajiet marbuta magħhom bil-għan li jqanqlu l-immaġinazzjoni tat-tfal u jsaħħu l-ħiliet kritiċi u kreattivi tagħhom. Permezz tal-qari animat ta’ stejjer, it-tfal mhux biss ikunu qegħdin jitgħallmu informazzjoni ġdida imma wkoll jitgħallmu jħaddnu valuri importanti fil-ħajja tagħhom. L-Animaturi tal-Qari jużaw vokabularju varjat u jħeġġu lit-tfal jesprimu ruħhom u jiddiskutu temi differenti. Waqt is-sessjonijiet tal-qari jintuża metodu ta’ tagħlim multisensorjali permezz ta’ riżorsi apposta. F’dawn is-sessjonijiet it-tfal jitgħallmu jagħrfu s-sekwenza tal-istorja, jidentifikaw l-isfidi li jkun hemm fiha u flimkien ma’ sħabhom isibu s-soluzzjonijiet għalihom permezz ta’ diskussjonijiet u billi jidentifikaw ruħhom mal-karattri nfushom.
     

  • Il-Koordinatur tat-Tranżizzjoni

    L-istudenti bi bżonnijiet individwali li qegħdin fil-Year 11 flimkien mal-familji tagħhom jistgħu jiġu megħjuna minn dan is-servizz. Il-koordinatur jiggwidahom sabiex jagħmlu l-għażla t-tajba għall-opportunitajiet post-sekondarji jew għax-xogħol. Il-koordinatur jattendi għal-laqgħat individwali tal-istudent, jippjana pjanijiet t’azzjoni, jorganizza żjajjar ta’ orjentazzjoni sabiex issir l-aħjar għażla possibbli ta’ edukazzjoni/opportunitajiet ta’ xogħol lill-istudent flimkien mal-ġenituri.
  • Is-servizz taċ-Child Safety Service

    Dan is-servizz speċjalizzat jittratta sitwazzjonijiet ta’ abbuż tat-tfal li jinkludi dak fiżiku, traskuraġni, emozzjonali, sesswali u każijiet tat-tfal li jkunu f’riskju. It-tim joffri lezzjonijiet u programmi ta’ prevenzjoni, jidentifikaw u jirrappurtaw l-abbuż filwaqt li jipprovdu edukazzjoni, konsultazzjoni, sessjonijiet mal-counsellor fl-iskejjel, mal-familji u mal-edukaturi madwar Malta u Għawdex.
  • Is-servizz tal-Career Guidance

    Dan is-servizz huwa maħsub sabiex jipprepara lill-istudenti għad-dinja tax-xogħol permezz tal-għażla tas-suġġetti, żjajjar fiżiċi fuq il-postijiet tax-xogħol kif ukoll gwida individwali dwar il-karriera. Is-sapport mhux limitat għall-iskejjel sekondarji biss iżda jsiru inizjattivi kreattivi anke fl-iskejjel primarji s-sena kollha.
  • Is-Servizz tal-Hospital Classes

    Is-servizz għandu l-mira li jappoġġa lill-istudenti billi joffrilhom programm edukattiv waqt is-soġġorn tagħhom fl-isptar.
  • is-Servizz tal-Intervent Bikri

    Dan is-servizz huwa offrut minn trabi sa ħames snin. Jekk it-tifel/tifla qed jesperjenzaw dewmien f’iktar minn qasam wieħed tal-iżvilupp trid timtela applikazzjoni għal-dan is-servizz. Wara l-kunsens tal-ġenituri jsir assesjar sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet tat-tfal, umbgħad  il-professjonisti tal-Early intervention jibdew jaħdmu mat-tfal sabiex jgħinuhom jilħqu il-miri tal-iżvilupp skond il-bżonn.
  • Lenti fuq l-Iżvilupp ta` Uliedna

    Lenti fuq l-Iżvilupp ta’ Wliedna (magħruf bħala LENTI) huwa programm nazzjonali ta’ screening bikri li jgħin biex jiġu identifikati possibiltajiet ta’ dewmien fl-iżvilupp, diffikultajiet fit-tagħlim, u/jew ħtiġijiet edukattivi fit-tfal sabiex ikunu jistgħu jingħataw appoġġ qabel ma jibdew l-edukazzjoni fis-snin bikrin.

    L-istediniet jintbagħtu lill-ġenituri/kustodji tat-tfal meta dawn jagħlqu 24 xahar (l-età ta’ sentejn) biex jipparteċipaw fl-iscreening tal-LENTI mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni (MEYR). L-iscreening isir permezz ta’ għoxrin (20) mistoqsija dwar it-tifel/tifla minn professjonist miċ-Ċentru tad-Diskors u l-Lingwa (SLC), mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva (MHA).

  • 1
  • 2
  • 3
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026