Ħarsa ġenerali​

Applikazzjoni għal Ċertifikat Proviżorju għall-eżamijiet ta' bordijiet barranin. Kull meta jintilef ċertifikat, individwu li poġġa għal eżami f’Malta jew Għawdex, jista' jimla l-formola biex japplika għal Ċertifikat Proviżorju.
Dan is-servizz japplika għall-bordijiet tal-eżamijiet li huma: Edexcel / Università ta' Londra; AQA (Assessment & Qualifications Alliance) / AEB (Associated Examining Board); Università ta' Oxford għas-snin bejn l-1964 u l-1999 u City & Guilds għas-snin bejn l-1968 u l-1995. Iċ-Ċertifikat jiġi pprovdut mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fi żmien 5 ijiem tax-xogħol, hekk kif nirċievu l-informazzjoni meħtieġa u korretta.
 

 

​X’ser​ tingħata

Konferma tar-rizultat.

Eliġibbiltà​​

Il-kandidat irid ikun poġġha għall-eżami.

Kif tapplika​

Imla l-formola.

 

applika