• ID login
  • My Cases
  •  

Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija > Servizzi Edukattivi > Boroż ta' Studju

Boroż ta' Studju

  • REACH HIGH Scholars Programme – Għotjiet fil-Livell ta’ Postdottorat

    Ir-Riċerka ta' wara d-Dottorat tifforma parti dejjem aktar importanti mill-aġenda ekonomika u soċjali ta’ kwalunkwe pajjiż. Permezz ta’ din ir-riċerka post graduate, se jkun hemm aktar investiment fil-kapital uman b’enfasi fuq swieq tax-xogħol emerġenti, inklużi oqsma ta’ speċjalizzazzjoni u innovazzjoni ekoloġika, diġitali, STEM, intelliġenti u setturi oħra li jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-isfidi ta ’żvilupp li qed jevolvu li jikkaratterizzaw is-soċjeta’ Maltija, skont il-prijoritajiet nazzjonali ta ’Malta.
     
    Dan il-proġett huwa bi ħsieb li jkun ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt l-ESF +
  • Achieve 360

    Achieve 360 Eċċelenza fl-Isport u l-Edukazzjoni 2026 hija maħsuba biex tappoġġja studenti li jsegwu kors post-sekondarju li jwassal għaċ-Ċertifikat tal-Matrikolazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin iwettqu taħriġ strutturat fid-dixxiplina Sportiva tagħhom fil-Mediterranean College of Sport (MCS).

  • Boroż ta' Studju Barra minn Malta

    L-applikazzjoni għal Boroż ta' Studju trid tiġi mimlija minn min qed japplika għal Borża ta' Studju offruta minn pajjiżi jew organizzazzjonijiet barranin mal-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Turiżmu. Dawn il-Boroż ta' Studju huma ppubblikati fuq il-website tal-Ministeru taħt is-sezzjoni tal-Boroż ta' Studju. F'din is-sezzjoni wieħed jista' jsib ukoll l-applikazzjonl. Jekk l-applikant mhuwiex student, din l-applikazzjoni trid tiġi ffirmata minn min iħaddmu biex din tkun ikkunsidrata valida.

  • Get Qualified [2026]

    Get Qualified jappoġġja l-iżvilupp personali u professjonali ta’ individwi li qed ifittxu li jtejbu l-għarfien tagħhom permezz ta’ ċertifikazzjonijiet u kwalifiki meħtieġa mill-Industrija.

  • GET Qualified 2017-2024 (Għalliema/Istituzzjonijiet)

    L-iskema tal-Get Qualified hija inizzjattiva biex tgħin fl-iżvilupp tal-individwi biex jakkwistaw kwalifiki fl-industrija. Dan l-inċentiv japplika għal individwi li qed isegwu kors li jwassalhom għal diploma, degree jew ċertifikat post-graduate. Wara li jitterminaw il-kors b'suċċess , l-istudent jibbenifika minn kreditu ta' taxxa li jkopri parti mill-ispejjeż li jħallas għall-kors.
  • Għix il-lingwa

    Il-Gvern ta’ Malta jirrikonoxxi l-benefiċċji numerużi miksuba miż- żgħażagħ li huma esposti għat- tagħlim ta’ lingwa barranija fil-pajjiż u għalhekk huwa impenjat li jipprovdi għajnuna finanzjarja liż-żgħażagħ li jsifru biex jitgħallmu il-lingwa fil-pajjiż rispettiv.

  • L-iSkema Endeavour II Scholarships

    L-iskema ta' boroż ta' studju ENDEAVOUR II tappoġġja edukazzjoni terzjarja ta'

    kwalità fil-livell post-terzjarju, f’ livell 7 PT/DL/FT/Blended u biex tassigura li s-suq tax-

    xogħol Malti jkollu l-aħjar nies sabiex dan ikun f'pożizzjoni li jikkompeti f'livell

    internazzjonali. L-iskema għandha l-għan li tappoġġja lil dawk li jaqbdu din it-triq

    kif ukoll li tikkontribwixxi effettivament għall-ekonomija.

    L-edukazzjoni post-terzjarja hi parti dejjem iżjed importanti fl-aġenda ekonomika

    u soċjali ta' kull pajjiż. Dan għaliex hija element ewlieni fl-żvilupp professjonali

    kontinwu ta' ħafna nies.

  • L-Iskema ta' Scholarship Sportiva

    L-Iskema ta’ Scholarship Sportiva hija mfassla biex tgħin fl-iżvilupp tal-isport f’Malta billi tagħmlu aktar professjonali u tappoġġja lill-atleti ta’ prestazzjoni għolja biex jikbru, sabiex ikunu jistgħu jirrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjonijiet internazzjonali. It-titjib tal-kwalità tal-isport lokalment mhux biss jgħin lil Malta tikseb aktar rikonoxximent barra u ġġib benefiċċji ekonomiċi—speċjalment fit-turiżmu—iżda jservi wkoll ta’ motivazzjoni biex aktar nies madwar il-pajjiż ikunu attivi fl-isport u jagħmlu aktar eżerċizzju. L-għan ewlieni huwa li titjieb is-saħħa u l-benesseri ta’ kulħadd.

  • L-Iskema ta’ Scholarship għall-Arti

    L-Iskema ta’ Scholarship għall-Arti f’Malta għandha l-għan li toffri aktar opportunitajiet lil persuni b’talent straordinarju biex jiżviluppaw b’mod professjonali fl-ambitu tal-arti. Il-prijorità tingħata lit-teatru, il-mużika, iż-żfin, id-diżinn, il-kitba kreattiva, il-film, l-arti viżiva, jew kwalunkwe taħlita minn dawn.

  • Skema ta' Boroż ta' Studju għall-Edukazzjoni Terzjarja (TESS)

    Il- Borza ta’ Studju Tertiary Education Scholarship Scheme intnedgħiet bl’ iskop li tkun ta’ sapport u ittejjeb l’ edukazjoni terzjarja fl’ Livell 7 a Livell 8 biex jizdied il- kontribuzjoni fis- settur tal- impjieg Malti ul- Ekonomija.

  • 1
  • 2
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026