Ħarsa ġenerali
Applikazzjoni għal xiri ta’ garaxxijiet f’oqsma ta’ djar tal-Gvern, minflok dawk mogħtija b’titolu ta’ enfitewsi temporanju jew mogħtija b’titolu ta’ kera.
X’ser tingħata
Kerrejja / Ċenswalisti jistgħu jakkwistaw il-garaxx mikri / mogħti b’ċens li jinsab f’żoni ta’ Housing Estate
Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.
Eliġibbiltà
Inkwilini ta' garaxxijiet u utilisti li għandhom garaxx b'titolu ta' enfitewsi temporanju, liema garaxxijiet huma proprjetà tal-Gvern u jinsabu f'Oqsma tad-Djar tal-Gvern madwar Malta u Għawdex.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
15 - il jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar