Ħarsa ġenerali
L-Iskema A2E 2021-2027 se tipprovdi għajnuna għax-xogħol lill-intrapriżi f'Malta u Għawdex biex jippromwovu r-reklutaġġ ta' dawk li qed ifittxu impjieg li huma iktar żvantaggati, qiegħda u inattivi. L-Iskema se tkun:
• Ittejjeb l-opportunitajiet għall-aċċess għas-suq tax-xogħol u l-għoti tal-esperjenza tax-xogħol lil dawk l-iktar 'il bogħod mix-xogħol bi qligħ;
• Innaqqsu d-differenza bejn il-provvista u d-domanda tas-suq tax-xogħol;
• Żieda fil-koeżjoni soċjali.
X’ser tingħata
Ghal ‘Target Groups’ minn 1 sa 7 l- entità se tingħata sussidju ta'
€201.00 fil-ġimgħa (full- time) kull 13 jew 26 ġimgħa ghal 52 ġimgħa, jew għal 104 ġimgħa.
€101.00 fil-ġimgħa (part- time) kull 13 jew 26 ġimgħa ghal 52 ġimgħa, jew għal 104 ġimgħa.
Ghal ‘Target Group’ 8 l- entità se tingħata sussidju ta'
€302.00 fil-ġimgħa (full- time) kull 13 jew 26 ġimgħa ghal 156 ġimgħa.
€151.00 fil-ġimgħa (part- time) kull 13 jew 26 ġimgħa ghal 156 ġimgħa.
Eliġibbiltà
Entitajiet li nstabu eliġibbli għall-Iskema tal-A2E
Kif tapplika
Min iħaddem huwa mitlub jibgħat il-formola tat-Talba għal Rimborż bl-email lil [email protected]
Dokumenti meħtieġa
Il-Formola tat-Talba għal Rimborż (Interim)- Għafas hawn
Il-Formola tat-Talba għal Rimborż (Finali)- Għafas hawn
Kronoloġija
Sottomissjoni tal-Formola
Iccekkjar u Valutazzjoni tal-Formola
Ġurnata
Approvazzjoni tal-Formola
30 jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahrejn