Ħarsa ġenerali
Artiklu 10 tal-Att XX tal-2011 jitlob li jitwaqqaf reġistru ta’ organizazzjonijiet mhux governattivi imwaqqfa barra minn Malta li jkunu involuti fil-promozzjoni u l-ħarsien tal-interessi tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta.
Dawk l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaqgħu taħt din il-kategorija jistgħu jimlew din il-formola u jissottomettuha lill-Uffiċċju tad-deputat Prim Ministru u Ministeru għall-affarijiet Barranin u Turiżmu.
X’ser tingħata
Id-dettalji personali kollha li jingħataw f’din il-formola jiġu pproċessati b’mod kunfidenzjali għall-iskopijiet speċifiċi mniżżla hawn fuq u skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, Kapitlu 440 tal-Liġijiet tar-Repubblika ta’ Malta. L-informazzjoni personali li qed tipprovdi f’din il-formola tinżamm mill-Uffiċċju tad-deputat Prim Ministru U Ministeru għall-affarijiet Barranin u Turiżmu. għal massimu ta’ tliet snin mid-data tar-reġistrazzjoni.
Eliġibbiltà
Organizazzjonijiet mhux governattivi mwaqqfa barra minn Malta li jkunu involuti fil-promozzjoni u l-ħarsien tal-interessi tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Tista' wkoll tibgħat il-formola bil-posta f'dan l-indirizz:
Id-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u għall-Maltin li jgħixu Barra minn Malta
Uffiċċju tad-deputat Prim Ministru U Ministeru għall-affarijiet Barranin u Turiżmu.
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti
Il-Belt Valletta VLT 1171
Malta
Jew b'imejl fuq: malteselivingabroad.foreign@gov.mt
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata