Ħarsa ġenerali
Kull ċittadin Malti li beħsiebu jsiefer u/jew jgħix barra minn Malta b'mod temporanju jew permanenti huwa mħeġġeġ li volontarjament jimla' u jiffirma l-formola tan-Notifika D onlajn.
X’ser tingħata
L-informazzjoni provduta fuq in-Notifika D tiġi miġbura f'database għall-perjodu indikat minnek fuq il-formola (ladarba jiskadi dan il-perjodu l-informazzjoni tiġi meqruda jekk ma tkunx sostitwita' b'Notifika ġdida) u tkun użata biss f'każi ta' emerġenza. Id-Direttorat Għas-Servizzi Konsolari u l-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fi ħdan l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Turiżmu jistgħu jikkuntattjawk f'każ ta' emerġenza bħal diżastri naturali, maltemp qawwi, attakki terroristi, eċċ li jkunu saru fiż-żona li inti tkun qiegħed tgħix, taħdem u/jew tistudja fihom sabiex jaraw għandekx bżonn assistenza. Huwa importanti li wieħed dejjem jagħmel kuntatt mal-awtoritajiet tal-post għall-ewwel għajnuna u fejn huwa l-każ iżżomm kuntatt mal-Ambaxxata Maltija fil-pajjiż.
Eliġibbiltà
Iċ-ċittadini Maltin kollha.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata