Ħarsa ġenerali​

L-għotja fuq Xiri ta’ Apparat Speċjalizzat toffri sapport u assistenza finanzjarja lil persuni b’xi dizabbilta’ u lill-familji tagħhom dwar xiri ta’ apparat speċjalizzat. Lista definittiva tal-apparat eliġibbli hija pprovduta mill-Avviz tal-Gvern rispettiv.

X’se tingħata

Tingħata għotja ekwivalenti għal 17.5% jew 4.5% tal-prezz tax-xiri tal-apparat (jiddependi mir-rata tal-VAT imħallsa rispettivament) sa massimu ta’ €400 tul perjodu ta’ 5 snin.

Eliġibbiltà​​

Persuni bi bzonnijiet specjali li huma fil-pussess tal-ID Card Speċjali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika