Ħarsa ġenerali​

Importaturi jistgħu jitolbu ħlas lura ta' dazju ta' importazzjoni li jkun tħallas fuq konsenji li meta ġew rilaxxati ma kellhomx iċ-ċertifikat ta' preferenza applikabbli maħruġ mill-esportatur.

X’se tingħata

Ħlas lura tad-dazju.

Eliġibbiltà​​

Importaturi jistgħu jitolbu ħlas lura meta preferenza partikolari ma kinitx disponibbli fiż-żmien tar-rilaxx.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

L-attachment tal-Enabling Certificate mhux meħtieġ fil-każ ta' Artiklu ta' Kodiċi 236. Fil-każi l-oħra kollha l-kopja oriġinali ta' dan id-dokument għandhom jintbagħtu wkoll bl-idejn lid-Dwana jew permezz ta' ittra konvenzjonali rreġistrata lil:

Id-Dipartiment tad-Dwana
Sezzjoni tal-Customer Service
Customs House
Ix-Xatt ta' Lascaris
Il-Belt Valletta VLT 1920
applika