Ħarsa ġenerali​

Economic operator jista' jagħżel li jippubblika d-dettalji tar-reġistrazzjoni fuq websajt tal-UE. Għandha timtela formola u tiġi ppreżentata lill-Customs Economic Operators System/Databases Unit biex jagħtu l-kunsens lill-Kummissjoni Ewropea biex tippubblika d-dettalji tar-reġistrazzjoni fuq il-websajt tagħha.

X’se tingħata

L-Economic Operator Registration Identification (EORI) numru uniku mal-Unjoni Ewropea kollha, mogħti mill-awtorità tad-dwana jew awtorità jew awtoritajiet magħżulin fi Stat Membru ta' economic operators u persuni oħra. Meta jirreġistraw fi Stat Membru, l-operaturi jkunu jistgħu operaturi jkunu jistgħu jiksbu n-numru ta' EORI li jkun validu mal-unjoni kollha. Ovvjament, sabiex tibbenefika b'mod totali minn dir-riforma, id-detenturi għandhom jużaw in-numru tal-EORI – la darba jkun ingħatalhom – fil-korrispondenza kollha mal-awtoritjiet tad-dwana tal-UE fejn ikun meħtieġ numru biex tidentifika minnu.

Eliġibbiltà​​

Kull min għandu numru tal-VAT irreġistrat.

Kif tapplika​

Imla din il-formola onlajn u ibgħatha permezz tal-Customs Customer Services. Iċ-ċertifikat oriġinali tal-VAT, kopja taċ-ċertifikat tal-VAT, il-karta tal-identità tad-Direttur u r-reġistrazzjoni tal-kumpanija mal-MFSA għandhom jintbagħtu mal-formola.
applika