Ħarsa ġenerali​

Kull persuna li tidħol jew titlaq minn Malta, jew tgħaddi minn Malta u tkun qed iġġorr somma ekwivalenti għal €10,000 jew aktar fi flus, għandha tiddikjara s-somma lill-awtoritajiet kompetenti f'Malta. Fil-każ ta' informazzjoni falza, mhux preċiża jew mhux kompluta, min jiffirma jitqies bħala li ma wettaqx l-obbligu msemmi hawn fuq u jista' jeħel penali, u l-awtoritajiet tad-Dwana jeħdulu l-flus skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti f'Malta.

X’se tingħata

Awtorizzazzjoni biex iġġorr miegħek is-somma flus li ddikjarajt.

Eliġibbiltà​​

Dettalji skorretti fuq id-dikjarazzjoni jistgħu jwasslu li jittieħdu passi fil-Qorti. Jekk għal xi raġuni jingħataw dettalji nieqsa/skorretti, l-applikazzjoni tiġi rifjutata sakemm isiru l-korrezzjonijiet kollha. Wara li l-applikazzjoni tintbagħat sew, min jiddikjara jirċievi acknowledgement permezz ta' imejl b'numru ta' referenza ta' meta ntbagħtet il-formola. Dan in-numru ta' referenza ta' meta ntbagħtet il-formola għandu jiġi ppreżentat lid-Dwana meta l-persuna tidħol/toħroġ minn Malta, biex id-Dwana ġġib id-dikjarazzjoni relevanti, tivverifika li d-dettalji kollha huma korretti u taċċetta d-dikjarazzjoni.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha. Ara li l-partikularitajiet mitluba jkunu korretti fil-ħin tal-importazzjoni/esportazzjoni ta' strumenti monetarji (flus, eċċ).
applika