Ħarsa ġenerali​

Il-food handlers kollha huma meħtieġa bil-liġi li jieħdu kors fuq food handling u wara wieħed jista' japplika mal-Kummisjoni għas-Sigurtà fl-Ikel għal Food Handlers Card.

X’se tingħata

Tinħareġ Food Handlers Card. Din għandha tinżamm il-ħin kollu mill-food handler biex tiġi ppreżentata meta mitluba waqt il-qadi ta' dmirijietu.

Eliġibbiltà​​

Il-food handlers kollha, sew ċittadini Maltin u dawk barranin, li jaħdmu Malta.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil:

Id-Direttorat ghas-Saħħa Ambjentali
Continental Business Centre, Level 1
Triq il-Ferrovija
Sta Venera SVR 9018

Dokumenti meħtieġa:
i) Ritratt daqs tal-passaport.
ii) Kopja tal-karta ta' identità.
iii) Ħlas ta' €2.60 (iċ-ċekkijiet għandhom ikunu indirizzati lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali)
iv) Ehmeż fotokopja taċ-ċertifikat validu li juri li l-applikant ikun attenda l-kors fil-prattika tajba tal-iġjene tal-ikel.
applika