Ħarsa ġenerali​

Din il-formola għandha tiġi ppreżentata mill-intimat u tintuża fi proċeduri ta' arbitraġġ mandatorju. Din il-formola għandha tkun akkumpanjata ma' ħlas rappreżentanti d-dritt tar-reġistru u d-dritt tal-arbitru.

X’se tingħata

Tikseb il-formola relevanti biex tiġi ppreżentata l-Kontro-Talba maċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta' Malta fi proċeduri ta' arbitraġġ mandatorju.

Eliġibbiltà​​

Din il-formola għandha tiġi ppreżentata mill-intimat jew mir-rappreżentant tiegħu/tagħha.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ffirmaha. Il-formola għandha tiġi ppreżentata personalment, flimkien mal-ħlas relattiv, liċ-:

Iċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta' Malta
33, Palazzo Laparelli
Triq Nofsinhar
Il-Belt Valletta VLT 1100

Il-lista ta' ħlasijiet dovuti huma mniżżlin fuq il-formola.

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
applika