Ħarsa ġenerali​

Din il-formola għandha tiġi ppreżentata meta jkun meħtieg li jitħarrek xhud taħt l-Awtorità tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, u tintuża fi proċeduri ta' arbitraġġ volontarju u fi proċeduri ta' arbitraġġ mandatorju.

X’se tingħata

Tikseb il-formola relevanti biex jitħarrek xhud taħt l-Awtorità tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fi proċeduri ta' arbitraġġ quddiem iċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta' Malta.

Eliġibbiltà​​

Din il-formola għandha tiġi ppreżentata mir-rikorrent, mill-intimat jew mir-rappreżentanti tagħhom.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u pprintja żewġ kopji oriġinali. Dawn id-dokumenti għandhom l-ewwel jiġu ffirmati mill-arbitru u wara għandhom jiġu ppreżentati personalment, liċ-:

Iċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta' Malta
33, Palazzo Laparelli
Triq Nofsinhar
Il-Belt Valletta VLT 1100

Din il-formola għandha tiġi mibgħuta/ippreżentata mill-inqas ħmistax-il jum tax-xogħol qabel is-seduta li fiha x-xhud għandu jidher.

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
applika