Ħarsa ġenerali​

Din il-formola għandha tiġi sottomessa minn dawk kollha li jixtiequ jressqu t-tilwima ta’ bejniethom għal medjazzjoni b’mod volontarju, jew b’digriet tal-Qorti, jew skont il-Liġi.

X’se tingħata

Li t-tilwima tkun risolta b’mod amikevoli mingħajr il-ħtieġa li tmur quddiem il-qrati ta’ Malta.

Eliġibbiltà​​

Tilwim fil-kamp ċivili, kummerċjali, familjari, soċjali, jew industrijali. Medjazzjoni familjari ma’ tinkludix separazzjoni jew divorzju iżda tirreferi għal tilwim familjari, per eżempju tilwim fuq wirt jew fuq 'business' familjari. Is-separazzjoni u d-divorzju jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni tal-Familja u huma regolati b’leġislazzjoni speċifika.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika