Ħarsa ġenerali​

Din il-formola għandha tiġi ppreżentata meta jkun meħtieġ li jitħarrek xhud, u tintuża fi proċeduri ta’ arbitraġġ volontarju u fi proċeduri ta’ arbitraġġ mandatorju.

X’se tingħata

Tikseb il-formola relevanti biex jitħarrek xhud fi proċeduri ta’ arbitraġġ quddiem iċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta.

Eliġibbiltà​​

Din il-formola għandha tiġi ppreżentata mir-Rikorrent, mill-Intimat jew mir-rappreżentanti tagħhom.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Din il-formola għandha tiġi mibgħuta mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel is-seduta li fiha x-xhud għandu jidher.
applika