Ħarsa ġenerali​

Din il-formola għandha tiġi ppreżentata fl-eventwalita’ li l-partijiet jixtiequ jippreżentaw Avviż Konġunt fi proċeduri ta’ arbitraġġ volontarju ai termini tar-Regola 13(7) tar-Regoli dwar l-Arbitraġġ. Din il-formola għandha tkun akkumpanjata bi ħlas rappreżentanti d-Dritt tar-Reġistru.

X’se tingħata

Tikseb il-formola relevanti biex il-partijiet flimkien jippreżentaw każ ta’ arbitraġġ volontarju maċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta ai termini tar-Regola 17(3) tar-Regoli dwar l-Arbitraġġ.

Eliġibbiltà​​

Din il-formola għandha tiġi ppreżentata miż-żewġ partijiet, ir-Rikorrent u l-Intimat, jew mir-rappreżentanti rispettivi tagħhom.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ffirmaha. Il-formola għandha tintbagħat/tiġi ppreżentata personalment, flimkien mal-ħlas relattiv, liċ-:

Iċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta
33, Palazzo Laparelli
Triq Nofsinhar
Il-Belt Valletta VLT 1100
applika