Ħarsa ġenerali​

Testmenti Pubbliċi Riċerka dwar testmenti tista' ssir fuq kull persuna (ħajja jew mejta) biex issir taf jekk tali persuna rreġistratx testment pubbliku. Ir-riċerka ma tiżvelax il-kontenut tat-testment, imma tagħti biss sommarju li fih ikun hemm id-data li fiha sar it-testment, u n-nutar li ppubblika l-istess testment. Il-kontenut tat-testment jista' jiġi muri biss lill-persuna li għamlet it-testment, jew l-eredi tagħha/tiegħu. Testmenti Sigrieti B'din l-applikazzjoni tista' wkoll tikseb informazzjoni rigward testmenti sigrieti ta' persuni mejta. Dawn it-tip ta' testmenti huma depożitati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġuriżdizzjoni Volontarja). Wara li persuna tapplika, l-applikant jiġi mgħarraf bir-riżultat tat-tfittxija, u jekk ir-riċerka tkun pożittiva, avukat jew nutar jista' jagħmel talba biex it-testment sigriet jiġi ppubblikat.

X’se tingħata

Informazzjoni rigward testmenti pubbliċi u sigrieti.

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika