Ħarsa ġenerali​

Dan ir-rikors jintuża biex titressaq talba quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva sabiex dan it-Tribunal jirrevedi att amministrattiv tal-amministrazzjoni pubblika fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt għat-termini tal-Artikolu 15(2) tal-Kap. 490 tal-Liġijiet ta’ Malta, l-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva. Dan ir-rikors għandu jkun fih dikjarazzjoni ċara u korretta tas-suġġett u r-raġuni għat-talba; it-talba jew it-talbiet; espożizzjoni ċara u dettaljata tal-fatti tal-każ kif ikun jafhom ir-rikorrent; l-isem tax-xhieda li r-rikorrent ikun biħsiebu jħarrek, inkluż it-taħrik tal-kontroparti, bid-dikjarazzjoni fir-rigward ta’ kull xhud tal-prova li r-rikorrent ikun biħsiebu jagħmel permezz tagħhom u r-rimedju li jkun qiegħed jintalab, bl-ispejjeż kontra l-amministrazzjoni pubblika. Jistgħu jiġu mehmuża mar-rikors id-dokumenti kollha li jsostnu t-talba jew talbiet.

X’se tingħata

Talba quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva sabiex jirrivedi att amministrattiv tal-amministrazzjoni pubblika fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt għat-termini tal-Artikolu 15(2) tal-Kap. 490 tal-Liġijiet ta’ Malta, l-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva.

Eliġibbiltà​​

Kull min ghandu interess li titressaq talba.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha. Dan ir-rikors irid isir bil-lingwa Maltija u jrid ikun iffirmat minn Avukat jew Prokuratur Legali. Ehmeż kopja skenjata ta’ dan ir-rikors.
applika