Ħarsa ġenerali​

Dan ir-rikors jintuża sabiex tittressaq talba quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. It-tipi ta’ rikorsi li jistgħu jiġu ppreżentati onlajn permezz ta’ din l-eForm huma:

• Avviżi - Kundanna ħlas
• Avviżi - Punt ta’ liġi
• Rikors Revoka ta’ mandat
• Rikors għal kawża ta’ libell
• Rikors biex tattakka ittra ufficjali ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kap 12 • Rikors ai termini tal-Artikolu 466 tal-Kap 12
• Rikors għal kawza ta’ ritassa

Ir-rikors ippreżentat onlajn għandu jitqies għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi daqslikieku ġie ppreżentat direttament fir-Reġistru tal-istess Qorti.Iżda meta r-rikors jiġi ppreżentat onlajn barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru kif stabbiliti skont il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dak l-att għandu jitqies illi ġie ppreżentat fl-ewwel ġurnata li jkun imiss tal-ftuħ tal-istess Reġistru.

X’se tingħata

Permezz ta’ din l-eForm l-avukat jew il-prokuratur legali jista’ jippreżenta r-rikors, mill-uffiċċju tiegħu stess, tal-każ li jkun qiegħed iġib quddiem il-Qorti tal-Magistrati.

Eliġibbiltà​​

L-Avukati u l-Prokuraturi Legali biss jistgħu jagħmlu użu minn din l-eForm u għandhom ikunu rreġistrati. Biex tkun taf aħjar kif tirreġistra għal dan is-servizz agħfashttps:hawn.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dan ir-rikors irid isir bil-lingwa Maltija u jrid ikun iffirmat minn Avukat jew Prokuratur Legali. Ehmeż kopja skennjata ta’ dan ir-rikors kif ukoll ta’ kull dokument li jsostni t-talba tiegħek.
applika