Ħarsa ġenerali​

Din il-formola għandha tintuża minn parti li trid tressaq appell kontra deċiżjoni tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar. L-appell minn deċiżjoni bħal din isir permezz ta' applikazzjoni li tiġi ppreżentata fil-Qorti tal-Appell (Inferjuri) u għalhekk din l-applikazzjoni skont il-liġi għandha tkun iffirmata minn avukat kif ukoll minn prokuratur legali jew il-parti li qed tressaq l-appell. L-applikazzjoni għal appell għandha tiġi ppreżentata fi żmien 20 jum mid-data tad-deċiżjoni.

X’se tingħata

Tista' tressaq każ mill-kumdità tad-dar jew uffiċċju tiegħek.

Eliġibbiltà​​

Din il-formola tista' tiġi ppreżentata mill-parti li tixtieq tappella.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika