Ħarsa ġenerali​

Prokura tista’ tiġi revokata billi timtela l-formola mehmuża u tiġi mgħoddija lill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern. M’hemmx bżonn li jiġu notifikati l-banek kummerċjali u n-nutara kollha ta’ Malta u Għawdex, peress illi l-applikazzjoni tiġi mtella’ onlajn fl-istess ġurnata meta tiġi sottomessa. Jitħallsu €50 għal kull applikazzjoni sottomessa.

X’se tingħata

Serħan tal-moħħ li l-prokura mogħtija minnek ma tistax tibqa’ tintuża mill-persuna li lilha tkun ingħatat, billi n-nutara u l-banek ikollhom aċċess onlajn fil-pront ħalli jkunu jistgħu jaraw li l-prokura ġiet revokata.

Eliġibbiltà​​

Persuni li jkunu ffirmaw prokura fejn jawtorizzaw persuna oħra jew persuni oħrajn sabiex jaġixxu f’isimhom. Il-persuna li tingħata l-prokura tista’ wkoll tirrevoka l-prokura. Prokuri li jikkonċernaw kumpaniji mhumiex eliġibbli biex jissottomettu din l-applikazzjoni.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha, iffirmaha, u ħudha personalment lil:

L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern
2/3
Mikiel Anton Vassalli Street
Valletta VLT 1310

L-applikazzjonijiet għandhom jittieħdu personalment mill-persuna li qed tirrevoka l-prokura. Nutar jew avukat jista’ wkoll jiġi inkarigat mill-persuna li tixtieq tirrevoka l-prokura sabiex jissottometti l-applikazzjoni, basta l-imsemmija applikazzjoni tkun iffirmata mill-istess persuna, u n-nutar jew avukat jiddikjara fl-applikazzjoni li l-klijent/a iffirma/t fil-preżenza tiegħu jew tagħha wara li tkun ġiet ivverifikata l-identità tal-persuna permezz tal-karta tal-identità.

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
applika