Ħarsa ġenerali​

L-applikanti jistgħu jitolbu kopji ta’ kuntratti jew testmenti mill-Arkivji Nutarili. Bis-saħħa tal-użu tal-formola elettronika, klijenti jistgħu jkollhom aċċess dirett għall-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u jordnaw kopja ta’ att nutarili jew testment pubbliku onlajn minflok ma jmorru personalment f’dan l-Uffiċċju, jew inkella jikkommunikaw permezz tat-telefon mal-istaff tal-Arkivji Nutarili. Klijenti jkunu aċċertati illi l-applikazzjoni onlajn li jkunu ssottomettew tkun proċessata permezz ta’ sms jew posta elettronika fejn applikabbli.  Mal-applikazzjoni tintbagħat sms jew ittra elettronika (fejn applikabbli) lill-klijenti sabiex tinnotifikhom illi l-kopja ordnata minnhom tlestiet kif ukoll il-ħlas dovut.

X’se tingħata

1.Tiġi mgħarraf immedjatament meta tissottometti l-applikazzjoni.
2. Tingħata risposta diretta permezz ta’ sms jew ittra elettronika li tindika jekk il-kopja tal-kuntratt jew testment pubbliku tistax tinġabar inklużi l-ispejjeż li jridu jitħallsu.
3. Tiġi notifikat permezz ta’ sms jew ittra elettronika jekk hemmx bżonn ta’ tagħrif addizzjonali mal-applikazzjoni jew jekk il-kuntratt jew testment pubbliku partikolari jinsabx depożitat l-Arkivji Nutarili.
4. Ninfurmawk jekk il-ħlas dovut għall-kopja tal-att pubbliku jew testment pubbliku jaqbiżx €50.

Eliġibbiltà​​

Kwalunkwe persuna tista’ tordna kopja ta’ att jew testment pubbliku.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Sabiex tordna kopja ta’ kuntratt jew testment pubbliku, ikun meħtieġ li klijent jipprovdi l-isem tan-Nutar kif ukoll id-data eżatta tal-kuntratt jew testment pubbliku partikolari.  Huwa meħtieġ li klijent jimla s-Sezzjoni tad-Dettalji Personali li tinkludi l-isem u l-kunjom tal-applikant, l-indirizz elettroniku u n-numru tat-telefon. 

Fis-Sezzjoni tad-dokumenti meħtieġa, il-klijenti jridu jindikaw jekk il-kopja li qegħdin jordnaw hijiex meħtieġa li tkun legalizzata jew informali u dana wara li jkunu ssottomettew dettalji oħra li jinkludu d-data tal-att jew testment pubbliku kif ukoll l-isem u l-kunjom tan-nutar li ppubblika dan l-att nutarili.  F’każ ta’ testment pubbliku, il-klijent jista’ wkoll iniżżel kopja taċ-ċertifikat tal-mewt fejn ikun meħtieġ.
applika