Ħarsa ġenerali​

Membri tal-midja li l-access card tagħhom insterqet jew intilfet, jew tħassret b'mod li ma tistax tintuża aktar, jingħataw access card oħra minflok dik li kellhom.

X’se tingħata

Access card oħra flok dik li kellek biex tkun tista' tattendi għal attivitajiet tal-Gvern.

Eliġibbiltà​​

Il-kategoriji tal-midja li ġejjin Il-kategoriji li ġejjin tal-midja jistgħu japplikaw għall-access card :

A) Impjegati ta’ organizzazzjonijiet tal-midja li jippubblikaw gazzetti, rivisti u pubblikazzjonijiet irreġistrati oħra.
B) Impjegati ma’ organizzazzjonijiet tal-midja li jmexxu stazzjonijiet irreġistrati tat-televiżjoni u tar-radju.

Kategoriji A u B: Ittra ta’ referenza mingħand editur irreġistrat, skont l-Att dwar l-Istampa, li tiddikjara li int impjegat ta’ midja partikulari.

Ċ) Ġurnalisti, fotografi u camera persons freelance.
Ittra ta’ referenza mingħand editur irreġistrat, skont l-Att dwar l-Istampa, li tiddikjara li int tipprovdi aħbarijiet jew materjal ta’ ġrajjiet kurrenti biex jiġu ppubblikati jew imxandra fuq il-pubblikazzjoni jew stazzjon irreġistrat.

D) Impjegati ta’ organizzazzjonijiet tal-midja li jipprovdu aħbarijiet jew materjal ta’ ġrajjiet kurrenti biex jiġu ppubblikati jew imxandra fuq il-pubblikazzjoni jew stazzjon irreġistrat.
Ittra ta’ referenza mingħand editur irreġistrat, skont l-Att dwar l-Istampa, li tiddikjara li l-organizzazzjoni tiegħek tipprovdi aħbarijiet jew materjal ta’ ġrajjiet kurrenti biex jiġu ppubblikati jew imxandra fuq il-pubblikazzjoni jew stazzjon irreġistrat; u ittra ta’ referenza mingħand il-kap tal-organizzazzjoni tiegħek li int impjegat ta’ dik l-organizzazzjoni partikulari tal-midja.

E) Impjegati tal-organizzazzjonijiet tal-midja li jippubblikaw onlajn aħbarijiet fuq portals lokali li ilhom jaħdmu għal sitt xhur jew aktar. Ittra li tagħti informazzjoni rigward ir-reġistratur, ir-reġistrant u l-contact person amministrattiv tal-isem tal-qasam; u ittra ta’ referenza mingħand ir-reġistrant tal-isem tal-qasam li tiddikjara li int impjegat ta’ dik l-organizzazzjoni partikulari tal-midja.

F) Ġurnalisti, fotografi jew camera persons freelance ġodda.
Ġ) Impjegati tal-organizzazzjonijiet tal-midja li jippubblikaw onlajn aħbarijiet fuq portali lokali ġodda

Kategorija F u Ġ: Access Card temporanja tal-midja tingħata għal tliet xhur. Wara dak il-perjodu, għandha tiġi ppreżentata ittra ta’ referenza kif deskritta f’Kategorija Ċ u E rispettivament.

H) Korrispondenti lokali ta’ organizzazzjonijiet barranin tal-midja. Ittra ta’ referenza mingħand l-editur tal-organizzazzjoni barranija tal-midja, li tiddikjara li int tipprovdi aħbarijiet u materjal ta’ ġrajjiet kurrenti biex ikun ippubblikat jew imxandar fuq il-pubblikazzjoni jew stazzjoni rreġistrat.

I) Midja barranija fuq assignments lokali Ittra ta’ referenza mingħand l-editur tal-organizzazzjoni tiegħek tal-midja li tiddikjara li int impjegat organizzazzjoni partikulari tal-midja li qed twettaq dmirijiet f’Malta, waqt li tagħti d-dati tal-assignment tiegħek. Tinħareġ access card temporanja tal-midja għall-assignments ta’ anqas minn 6 xhur.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Għandu jsir ħlas ta' €10.
applika