Ħarsa ġenerali​

L-artiklu 10 tal-Att XX tal-2011 jitlob li jitwaqqaf Reġistru tal-Maltin Prominenti li Jgħixu Barra minn Malta. Dan ir-Reġistru għandu jinkludi ċittadini Maltin li ddistingwew ruħhom f’xi professjoni, vokazzjoni jew xogħol li sar barra minn Malta. Dawk il-Maltin li huma f’din il-kategorija jistgħu jimlew Formola P u jibagħtuha lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.

X’se tingħata

Id-dettalji personali kollha li jingħataw f’din il-formola jiġu pproċessati b’mod kunfidenzjali għall-iskopijiet speċifiċi mniżżla hawn fuq u skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, Kapitlu 440 tal-Liġijiet tar-Repubblika ta’ Malta. L-informazzjoni personali li qed tipprovdi f’din il-formola tinżamm mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ għal massimu ta’ tliet snin mid-data tar-reġistrazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Ċittadini Maltin li ddistingwew ruħhom f’xi professjoni, vokazzjoni jew xogħol li sar barra minn Malta.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Tista' wkoll tibgħat il-formola bil-posta f'dan l-indirizz:
Id-Direttorat għall-Maltin li jgħixu Barra minn Malta
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti
Il-Belt Valletta VLT 1171
Ir-Repubblika ta' Malta

Jew b'imejl fuq: malteselivingabroad.mfa@gov.mt
applika