Ħarsa ġenerali​

Kull ċittadin Malti li beħsiebu jsiefer u/jew jgħix barra minn Malta b'mod temporanju jew permanenti huwa mħeġġeġ li jimla' u jiffirma l-formola tan-Notifika D.

X’se tingħata

L-Informazzjoni provduta fuq in-Notifika D tiġi miġbura f'database għall-perjodu indikat minnek fuq il-formola (la jiskadi dan il-perjodu l-informazzjoni tiġi meqruda jekk ma tkunx sostitwita' b'Notifika ġdida) u tkun użata biss f'każi ta' emerġenza. Il-Crisis Unit u/jew id-Direttorat għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jistgħu jikkuntattjawk f'każ ta' emerġenza bħal diżastri naturali, maltemp qawwi, attakki terroristi, eċċ li jkunu saru fiz-zona li inti tkun qiegħed tgħix, taħdem u/jew tistudja fiha sabiex jaraw għandekx bżonn assistenza.

Eliġibbiltà​​

Iċ-ċittadini Maltin kollha.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha bil-posta lid-Direttur fid:-

Id-Direttorat għall-Maltin li jgħixu Barra minn Malta
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti
Il-Belt Valletta VLT 1171
Ir-Repubblika ta' Malta

Jew b'imejl fuq: malteselivingabroad.mfa@gov.mt

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
applika