Ħarsa ġenerali​

Il-Benefiċċju ta’ Korriment jista’ jingħata lil persuna reġistrata taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) u li ssofri dannu personali kkawżat minn inċident li jirriżulta minn jew waqt l-impjieg jew jekk taħdem għar-rasha. Persuna li żviluppat marda (marda marbuta max-xogħol) tista’ tkun intitolata għal Benefiċċju ta’ Korriment/Mard Industrijali.

X’se tingħata

Il-Benefiċċju ta’ Korriment jitħallas kull ġimgħa.

L-ewwel ħlas ma jinħariġx sakemm l-applikant ikun ġie eżaminat mill-Bord Mediku maħtur skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318.), sakemm il-persuna ma tirritornax għax-xogħol qabel jgħaddu għaxart ijiem mill-korriment.

Jekk persuna tkun sofriet diżabilità permanenti minħabba korriment li jkun sar u wara 12-il xahar li jkun beda jirċievi l-Benefiċċju ta’ Korriment, tista' tapplika għal Għotja għal Korriment/Pensjoni għal Korriment billi tagħmel talba bil-miktub flimkien ma' rapport mediku dettaljat maħruġ minn speċjalista. Fir-rapport, l-ispeċjalista għandu jelenka s-severità tad-diżabilità. Il-każ imbagħad jiġi rivedut minn Bord Mediku maħtur skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318), li jiddeċiedi dwar il-każ u perċentwali permanenti totali tad-diżabilità.

Jekk persuna tkun iċċertifikata mill-Bord Mediku maħtur skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318), li għadha mhix tajba għax-xogħol u tkun għaddiet sena mid-data tal-korriment, huwa mitlub li jiġi sottomess ċertifikat mediku kull ġimgħa sabiex jingħata l-Benefiċċju tal-Mard.

Persuna li taħdem għal rasha tingħata Kreditu ta’ Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali f’każ li tkun qed tirċievi il-Benefiċċju għall-Korriment.

Agħfas hawn għal Skeda ta’ Rati ta’ Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

Persuna li tkorri f’inċident li jkun xekkel il-kapacità tal-persuna li taħdem għal aktar minn 3 ijiem.

Dokumentazzjoni relatata:

- Għall-Protezzjoni u Privatezza tad-Dejta, agħfas hawn .

- Għad-Dikjarazzjoni tal-Prinċipal, agħfas hawn .

- Għar-Rapport Mediku tal-Korriment, agħfas hawn .

- Għar-Rapport Mediku ta’ Marda Jew Kundizzjoni Medika, agħfas hawn .

- Għall-Manwal ta' Użu, agħfas hawn .

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

L-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-Benefiċċju ta’ Korriment għandhom jaslu fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sa għaxart ijiem mid-data tal-korriment.
applika