Ħarsa ġenerali​

Din l-iskema għandha l-għan li tgħaġġel it-tkabbir billi tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament tad-dejn għal intrapriżi żgħar.

X’se tingħata

L-iskema Micro Guarantee tipprovdi lill-impriżi eliġibbli b'garanzija sa 70% fuq self meħtieġ biex jiffinanzjaw in-negozju tagħhom meta jagħmlu titjib, tkabbir, u żvilupp.

Eliġibbiltà​​

Dan l-inċentiv huwa miftuħ għall-impriżi kummerċjali li jimpjegaw inqas minn 50 persuna, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom, start-ups u negozji tal-familja, li fid-data tal-applikazzjoni jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-Linji Gwida Incentivi (ara Taqsima 3).

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil:

Korporazzjoni Malta Enterprise
Malta Industrial Parks Ltd
Gwardamangia Hill
Pietà MEC 0001

Il-formoli tal-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mimlija u ffirmati jew bl-idejn jew permezz tal-posta rreġistrata.
applika