Ħarsa ġenerali​

Din l-iskema hija maħsuba biex tinkoraġġixxi intrapriżi eliġibbli biex itejbu kontinwament il-kwalità tal-prodotti, servizzi u proċessi tagħhom permezz ta' kisba ta' ċertifikazzjonijiet rikonoxxuti mill-industrija. L-iskema għandha l-għan li tkabbar l-għarfien tal-benefiċċji li jistgħu jinkisbu permezz ta' ċertifikazzjonijiet meta impriża tikkompeti fis-swieq internazzjonali.

X’se tingħata

Il-Korporazzjoni tista' tapprova kreditu ta' taxxa biex tgħin fl-irkupru tal-ispejjeż biex jinkisbu ċertifikazzjonijiet approvati, marki ta' kwalità, jew liċenzji.

L-għajnuna totali li tista' tingħata lil kwalunkwe impriża u hija limitata għal €25,000 għal kull ċertifikazzjoni. Spejjeż ta' konsulenza huma limitati għal €2,500 għal kull ċertifikazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi li jwasslu għal ċertifikazzjonijiet kwalifikanti, kif ukoll spejjeż imħallsa lil Korp ta' Ċertifikazzjoni kif ikun meħtieġ mill-impriża biex tikseb iċ-Ċertifikazzjoni. Dawn l-ispejjeż jistgħu jinkludu verifiki inizjali, diliġenza dovuta jew servizzi ta' verifika, u spejjeż tal-laboratorju.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil:

Korporazzjoni Malta Enterprise
Malta Industrial Parks Ltd
Gwardamangia Hill
Pietà MEC 0001

Impriża li titlob kreditu ta' taxxa biex tikseb ċertifikazzjoni kwalifikanti, għandha tissottometti applikazzjoni sħiħa flimkien mal-annessi rilevanti lill-Korporazzjoni fi żmien 3 xhur mill-kisba taċ-Ċertifikazzjoni.
applika