Ħarsa ġenerali​

Il-formola tippermetti lil bdiewa li jħalltu għalf fir-razzett tagħhom li jinnotifikaw lil Uffiċċju tal-Għalf u Nutrizzjoni tal-Annimali dwar waqfien minn taħlit ta' xi tip ta' għalf.

X’se tingħata

Ittra ta' konferma li r-rekords fil-fajl tiegħek ġew aġġornati skont l-istruzzjonijiet li int bgħatt.

Eliġibbiltà​​

Bdiewa u/jew produtturi reġistrati li jħalltu għalf fir-razzett, u li jeħtieġu javżaw lil Uffiċċju tal-Għalf u Nutrizzjoni tal-Annimali li huma waqfu jħalltu xi tip ta' għalf.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Tista' wkoll tipprintjaha u tibgħatha lil:

Taqsima għar-Regolazzjoni Veterinarja u s-Saħħa tal-Pjanti
Kamra 17, Uffiċċju tal-Għalf u Nutrizzjoni tal-Annimali
Triq il-Biċċerija
Albert Town
Marsa MRS 1123
applika