Ħarsa ġenerali​

Il-formola tippermetti lil bdiewa li jridu jħalltu, jew diġà jħalltu, għalf fir-razzett għall-użu esklussiv tagħhom, li jitolbu li jirreġistraw din l-attività mal-Uffiċċju tal-Għalf u Nutrizzjoni tal-Annimali. Għal min diġà jwettaq tali attività, din tintuża bex jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu/tagħha.

X’se tingħata

Ittra ta' reġistrazzjoni fi żmien 30 jum mill-applikazzjoni, kemm-il darba l-applikazzjoni tiġi evalwata b'mod pożittiv.

Eliġibbiltà​​

Bdiewa u/jew produtturi interessati li jibdew iħalltu għalf fuq ir-razzett għall-użu esklussiv tagħhom.

Bdiewa u/jew produtturi li diġà qed iħalltu għalf għal bhejjem tal-ikel fuq ir-razzett tagħhom, u li qatt ma talbu li jkunu reġisrati biex iħalltu fuq ir-razzett, sabiex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Tista' wkoll tipprintjaha u tibgħatha lil:

Taqsima għar-Regolazzjoni Veterinarja u s-Saħħa tal-Pjanti
Kamra 17, Uffiċċju tal-Għalf u Nutrizzjoni tal-Annimali
Triq il-Biċċerija
Albert Town
Marsa MRS 1123
applika