Ħarsa ġenerali​

Il-formola tippermetti lil kull min hu interessat li jwettaq kwalunkwe attività relatata mal-għalf għall-annimali, jew diġà qed iwettaq tali attività, li jitlob li jirreġistra din l-attività mal-Uffiċċju tal-Għalf u Nutrizzjoni tal-Annimali. Għal min diġà jwettaq tali attività, din il-formola sservi biex sid l-istabbiliment jirregolarizza ruħu.

X’se tingħata

Tirċievi ittra ta' reġistrazzjoni fi żmien 30 jum mill-applikazzjoni, kemm-il darba l-applikazzjoni tiġi evalwata b'mod pożittiv.

Eliġibbiltà​​

Kull persuna interessata li tibda twettaq kwalunkwe attività relatata mal-għalf għal annimali u/jew kull persuna li diġà twettaq attività relatata mal-għalf għal annimali, iżda qatt ma talbet li tirreġistra din l-attività.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Tista' wkoll tipprintjaha u tibgħatha lil:

Taqsima għar-Regolazzjoni Veterinarja u s-Saħħa tal-Pjanti
Kamra 17, Uffiċċju tal-Għalf u Nutrizzjoni tal-Annimali
Triq il-Biċċerija
Albert Town
Marsa MRS 1123
applika