Ħarsa ġenerali​

Din il-formola hija neċessarja sabiex il-produtturi ta' bovini li jkollhom twelid fir-razzett tagħhom ikunu jistgħu jinnotifikaw lid-Direttorat hekk kif huma obbligati bil-liġi.

X’se tingħata

Id-Direttorat jiġi nnotifikat bit-twelid u/jew mwiet fir-razzett.

Eliġibbiltà​​

Il-produtturi kollha ta' bovini f'Malta u f'Għawdex.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Tista' wkoll tipprintjaha u tibgħatha lil:

Direttorat għar-Regolament Veterinarju
The Annexe Unit għas-Saħħa tal-Annimali
Triq il-Biċċerija
Albert Town
Marsa MRS 1123
applika