Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tintuża minn persuni/entitajiet li huma rreġistrati mad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti u l-Pubbliku Ġenerali li jimportaw kwalunkwe pjanta/materjal tal-pjanti minn pajjiżi terzi u li huma meħtieġa li jimlew din il-formola biex biha jinnotifikaw lid-Direttorat bil-wasla tal-materjal tal-pjanti tal-anqas 48 siegħa qabel ma l-kunsinna tidħol f'Malta.

X’se tingħata

Dħul ta' pjanti u prodotti ta' pjanti li jaslu Malta skont l-Avviż Legali 97/2004, Regolament 14 (a).

Eliġibbiltà​​

Persuni/entitajiet li huma rreġistrati mad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti u l-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika