Ħarsa ġenerali​

Tippermetti lil min jużaha li jisponsorja jew jagħti siġra, jew siġar, taħt l-iskema ta' sponsorship 'Tree 4 U'.

X’se tingħata

Individwi jew korpi kummerċjali jistgħu jagħżlu li jisponsorjaw jew jagħtu siġar tal-għażla tagħhom (siġar indiġeni normalment ikunu ppreferuti) biex jiċċelebraw jew ifakkru avvenimenti partikulari, bħalma huma birthdays, twelid, anniversarji, eċċ, jew sempliċiment biex jgħinu jtejbu l-firxa ta' siġar fil-gżejjer Maltin.

Eliġibbiltà​​

Individwi lokali u/jew korpi kummerċjali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika