Ħarsa ġenerali
Is-Servzz għal Kundizzjonijiet tal-Widnejn, Imnieħer u Griżmejn (ENT) u Testijiet tas-Smigħ se jippermetti lill-anzjani kollha ta' ‘l fuq minn 65 sena biex jagħmlu testijiet b’xejn għal kundizzjonijiet tal-widnejn, imnieħer u griżmejn, filwaqt li se jiġi offrut ukoll eżaminazzjoni tas-smigħ.
X’ser tingħata
Is-servizz tal-Klinika tal-ENT ser ikun qiegħed jiftaħ darbtejn fil-ġimgħa.
Il-klijent jiġi reġistrat għal appuntament u jingħata l-ewwel data disponibbli. Il-klijent jiġi infurmat bl-appuntament bit-telefown, kif ukoll aktar tard jirċievi ittra bl-informazzjoni.
Eliġibbiltà
Hemm bżonn ta' referenza m'għand tabib qabel mal-anzjani li għandhom aktar minn 65 sena jkunu eliġibbli għas-servizz.
Kif tapplika
Meta l-pazjent jiġi riferut minn tabib, dan il-pazjent jiġi kkuntattjat minn persuna tal-kura tas-saħħa bid-data tal-appuntament ta’ meta jistgħu jsiru t-testijiet mediċi bla ħlas.
Dokumenti meħtieġa
• Referenza m’għand tabib
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Provvista tas-Servizz
Xahrejn