Applikazzjoni għas-Servizz ta' Ċavetta għall-Elettriku u l-Ilma

Aġġornat l-Aħħar: It-Tnejn 18 Mejju 2026

Ħarsa ġenerali

Dan is-servizz jippermetti lil individwi li japplikaw ghal ċavetta biex topera s-service pillars pprovduti mid-Dipartiment għas-Sajd u l-Akkwakultura.

X’ser​ tingħata

Ċavetta biex topera s-Service Pillars.

Eliġibbiltà​​

Sidien ta dgħajjes, bejjiegħa tat-triq, sidien ta’ negozji u kunsilli lokali, kollha jistghu japplikaw ghaċ-ċavetta.

Kif tapplika​

Imla l-applikazzjoni online u wara li tigi approvata, tirċievi notifika biex tħallas u wara tiġbor ic-ċavetta.

 

Dokumenti Meħtieġa:

 

  • Kopja tal-karta tal-identità tas-sid, jekk se tapplika f’isem is-sid;

  • Ġurnal tas-Sajd jekk se tapplika f’isem bastiment tas-sajd;

  • Ċertifikat ta Transport Malta jekk se tapplika f’isem bastiment irreġistrat S jew VLT.

Kronoloġija

Sottomissjoni tal-Applikazzjoni

Ġurnata

Iċċekkjar ta Applikazzjoni

5 ijiem

Ħlas

30 jum

Provvista tas-Servizz

5 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika