Ħarsa ġenerali
Għażla li titħallas rata ta’ taxxa ta’ 7.5% minn individwu fuq id-dħul gross qabel l-ebda tnaqqis li hu derivat minn attività artistika.
X’ser tingħata
Dawk eliġibbli se jibbenifikaw minn rata ta’ 7.5% fuq id-dħul minn attivita’ artistika li ma jeċċedix €50,000.
Eliġibbiltà
Individwi li huma self-employed fuq bażi part-time jew full-time u d-dħul ikun iċċertifikat mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Kif tapplika
Jekk inti artist u għandek ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni maħruġ mill-Kunsill tal-Arti, issa tista' tagħżel li tħallas 7.5% taxxa fuq l-ewwel 50,000 dħul billi tiddikjara id-dħul gross permess tal-formola TA26. Din il-formola għandha tintbagħat sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Provvista tas-Servizz
5 ijiem