Ħarsa ġenerali
L-għan primarju tas-servizz huwa li jżomm l-iskejjel ‘il bogħod minn kull forma ta’ sustanza u l-perikli marbuta mal-użu ta’ sigaretti, alkoħol, vaping u drogi, b’ diversi taħditiet informattivi fl-iskejjel ta’ prevenzjoni kif ukoll interventi kif meħtieġ. L-edukaturi kif ukoll il-ġenituri tal-istudenti jistgħu jirreferu għal dan is-servizz. Hemm proċeduri stretti ta’ gwida meta jkun hemm dubji ta’ meta jinstabu s-sustanzi.
X’ser tingħata
Edukaturi, ġenituri u studenti jingħataw informazzjoni eżatta dwar l-użu tal-alkoħol, sigaretti u drogi oħra. Fejn ikun hemm il-bżonn, guidance teachers fi ħdan is-servizz jagħmlu interventi mal-istudent fuq bażi individwali u jagħtu sapport kontinwu lill-ġenituri.
Eliġibbiltà
Studenti li huma jew ikkunsidrati li qegħdin f’riskju jew inkella diġà qed jesperimentaw fl-użu ta’ sustanzi.
Kif tapplika
Is-servizz huwa offrut mill-Wellbeing Services permezz ta’ referenzi mill-iskejjel.
Email: [email protected]
Kronoloġija
Sottomissjoni tal-Applikazzjoni
Evalwazzjoni tal-applikazzjoni
3 ijiem
Provvista tas-Servizz
Ġurnata