Ħarsa ġenerali
Għotja ta’ bejn €1,000 u €4,000.
X’ser tingħata
Tippermetti lill-Organizzazzjonijiet Voluntarji li huma miktubin mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji biex japplikaw għall-finanzjament biex iwettqu proġetti li jaqgħu taħt l-objettivi u l-prijoritajiet tal-istess fond. Dan il-fond jappoġġja sa 100% tal-proġett sa massimu ta' € 3,000.
Eliġibbiltà
Proġetti li jaqgħu that 5 prioritajiet -
- Volontarjat
- Faqar u Inkluzjoni Socjali
- Edukazzjoni
- Arti, Kultura u Sport
- Riċerka
Kriterji:
- L-Għotja ma tkunx inqas minn €1,000 u mhux iżjed minn €4,000.
- Il-Proġett ma jistax jibda qabel l-1 ta’ Frar, 2024.
- Il-Proġett irid jitlesta fi żmien 12 il-Xahar konsekuttiv.
- Il-Proġett irid ikollu kull informazzjoni mitluba fil-punt ta’ sottomessjoni tal-applikazzjoni (inkluż annessi).
- Il-Proġett ma jistax ikun tkomplija, ripetizzjoni jew estensjoni ta’ proġett eżistenti jew ta’ proġett tal- passat.
- Il-Proġett ma jistax ikun avveniment ta’ darba bhal kuncert, esebizzjoni jew avvenimenti simili ohra.
Kif tapplika
L-applikazzjonijiet bħalissa huma magħluqa.